Servizzi

L-Assessjar

L-Assessjar għat-Tagħlim – AfL (Formattiv)

L-AfL jipprovdi opportunitajiet sabiex tinkiseb evidenza f ’ħin reali ta’ x’qed jitgħallmu l-istudenti. Dan jinvolvi kemm l-għalliema kif ukoll lill-istudenti fi djalogu kontinwu u riflessjoni dwar it-tagħlim. aqra aktar

L-Assessjar tat-Tagħlim (Summattiv)

Proċeduri tal-Assessjar tat-Tagħlim isiru fit-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv li għandha l-għan li tipprovdi, tiżviluppa u timplimenta prattiċi tal-assessjar ġusti u validi għall-istudenti kollha. aqra aktar

Il‑Kwalifika ta’ Tmiem l‑Edukazzjoni Sekondarja (SSQ&P)

Il‑Kwalifika ta’ Tmiem l‑Edukazzjoni Sekondarja (SSQ&P)) huwa ċ‑ċertifikat mogħti lil kull student tal‑11‑il Sena (tal‑Istat u mhux tal‑Istat) fi tmiem l‑iskola sekondarja. aqra aktar

L-Istudji Internazzjonali

ICCS

L-ICCS, studju internazzjonali fil-qasam taċ-ċivika u ċ-ċittadinanza, jinvestiga l-modi kif iż-żgħażagħ huma ppreparati li jieħdu r-rwoli tagħhom bħala ċittadini. aqra aktar

ICILS

L-ICILS huwa assessjar li jkejjel differenzi internazzjonali fil-ħiliet li l-istudenti għandhom fil-litteriżmu tal-kompjuter u l-informatika. aqra aktar

IELS

L-Istudju Internazzjonali dwar it-Tagħlim Bikri u l-Benessri tat-Tfal (IELS), jiffoka fuq it-tagħlim bikri tat-tfal, il-kuntest li fih jitrabbew u l-ambjent li fih jitgħallmu, u l-esperjenzi tagħhom fl-edukazzjoni bikrija. aqra aktar  

PIRLS

Il-PIRLS huwa stħarriġ internazzjonali fil-kisbiet fejn jidħlu l-ħiliet fil-qari għall-istudenti tal-5 sena. aqra aktar

PISA

Il-PISA huwa studju internazzjonali li għandu l-għan li jevalwa sistemi edukattivi madwar id-dinja, billi jassessja l-ħiliet tal-istudenti ta’ 15-il sena, fil-Qari, il-Matematika u x-Xjenza. aqra aktar

TALIS

It-TALIS jiffoka fuq l-ambjenti tat-tagħlim u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li għandhom l-għalliema fl-iskejjel. aqra aktar

TIMSS

It-TIMSS hija valutazzjoni internazzjonali tal-matematika u l-għarfien xjentifiku tal-istudenti tal-5 sena u tad-9 sena. aqra aktar

Pakketti ta’ Riżorsi għall-Għalliema

Dawn il-pakketti ta’ riżorsi jinkludu mistoqsijiet li kienu saru fejn jidħlu l-qari, il-matematika u l-litteriżmu fix-xjenza, fl-istudji internazzjonali tal-PISA, TIMSS, ICCS u l-PIRLS. aqra aktar