Il-PIRLS huwa stħarriġ internazzjonali li jiffoka fuq il-ħiliet fil-qari tal-istudenti tar-4 sena (ekwivalenti għall-5 sena hawn Malta).
Il-PIRLS huwa mfassal biex ikejjel il-kisbiet tat-tfal fil-litteriżmu tal-qari, biex jipprovdi bażi għall-istudji futuri dwar it-tendenzi fil-kisbiet, u biex jiġbor informazzjoni dwar l-esperjenzi tat-tfal fid-dar u fl-iskola fit-tagħlim tal-qari. L-istudji tal-PIRLS huma mmexxija mill-International Association for the Evaluation of Educational Achievement (IEA).
S’issa Malta ħadet sehem fil-PIRLS fl-2011, fl-2016 u fl-2021. Fl-2011 l-istudenti ġew eżaminati għall-profiċjenza tagħhom fil-litteriżmu tal-qari kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, fl-2016 ġew eżaminati biss għall-profiċjenza tagħhom fil-qari bil-Malti. Fl-2021, it-test kien disponibbli biż-żewġ lingwi. Malta bħalissa qed tieħu sehem fiċ-ċiklu l-ġdid tal-PIRLS 2026, u r-riżultati mistennija jiġu ppublikati matul Diċembru 2027.
Għal aktar informazzjoni, żur il-website ta’ PIRLS minn hawn.
RAPPORTI TAL-PIRLS