timss

It-TIMSS huwa assessjar internazzjonali fil-Matematika u x-Xjenza għall-istudenti tar-raba’ u t-tmien grad madwar id-dinja (ekwivalenti għall-ħames u d-disa’ sena fis-sistema edukattiva ta’ Malta).

Dan l-assessjar ġie żviluppat mill-IEA, sabiex in-nazzjonijiet li jipparteċipaw ikunu jistgħu iqabblu l-kisbiet tal-istudenti bejn pajjiż u ieħor.

It-TIMSS beda jiġi amministrat fl-1995 u kompla isir kull erba’ snin.

Malta ħadet sehem fit-TIMSS 2007, TIMSS 2015 U TIMSS 2023 bl-istudenti tad-9 sena u  fit-TIMSS 2011 u fit-TIMSS 2019 bl-istudenti tal-5 sena. Ir-riżultati għal TIMSS 2023 ġew ippubblikati f’Diċembru 2024. Diġà għaddejjin il-preparamenti ta’ Malta biex tieħu sehem fiċ-ċiklu li jmiss, TIMSS 2027, bl-istudenti tal-5 sena.

Għal aktar informazzjoni, żur il-websajt tat-TIMSS minn hawn.

RAPPORTI TAT-TIMSS

TIMSS 2023

TIMSS 2019

Sessjonijiet ta’ informazzjoni u taħriġ għall-għalliema tal-5 Sena

TIMSS 2015

TIMSS 2011

TIMSS 2007