ICILS

L-ICILS huwa assessjar li jkejjel differenzi internazzjonali fil-ħiliet li l-istudenti għandhom fil-litteriżmu tal-kompjuter u l-informatika (CIL); l-abilità li jużaw il-kompjuters sabiex jinvestigaw, joħolqu, jieħdu sehem u jikkomunikaw tajjeb. Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jagħżlu li jagħmlu assessjar fil-ħsieb kompjutazzjonali (CT). L-ICILS jittratta l-għarfien ċentrali, il-ħiliet u t-tagħlim vitali li għandhom bżonn l-istudenti sabiex jirnexxu fl-ambjent dinamiku tal-informatika.
L-istudju tal-ICILS tmexxa mill-IEA International Association for the Evaluation of Educational Achievement fl-2013, 2018 u 2023. Malta ħadet sehem għall-ewwel darba fl-ICILS 2023, fejn ġew analizzati l-ħiliet ta’ CIL u CT tal-istudenti tad-9 sena. Ir-riżultati tal-ICILS 2023 ġew ippubblikati f’Novembru tal-2024. Malta se tieħu sehem ukoll fil-ċiklu tal-istudju li jmiss tal-ICILS 2028.

Għal aktar informazzjoni, żur il-website tal-ICILS minn hawn.

RAPPORTI TAL-ICILS