IL-KWALIFIKA TA' TMIEM L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA (SSQ&P)
Il‑Kwalifika ta’ Tmiem l‑Edukazzjoni Sekondarja (Secondary School Qualification and Profile) huwa ċ‑ċertifikat mogħti lil kull student tal‑11‑il Sena (skejjel statali, tal-knisja u indipendenti) fi tmiem l‑iskola sekondarja. L‑istudenti jistgħu jiksbu MQF Livell 3, 2 jew 1 fl‑SSQ&P.
Il‑livell ta’ dan iċ‑ċertifikat jiddependi fuq kemm marru tajjeb fl‑edukazzjoni formali tagħhom kif ukoll fuq l‑attivitajiet mhux formali mwettqa kemm fl‑iskola kif ukoll wara l‑ħin tal‑iskola ma’ istituzzjonijiet akkreditati.
Il‑perċentwal ta’ kull komponent taċ‑ċertifikat huwa muri fit‑tabella hawn taħt.
Komponent | Deskrizzjoni | % |
Suġġetti Ewlenin Il‑Matematika, il‑Malti/il‑Malti bħala Lingwa Barranija, l‑Ingliż, Suġġett tax‑Xjenza | Iġġib livell minimu f’mill‑anqas 3 suġġetti ewlenin | 65% |
Suġġetti Oħra | L‑aħjar 3 mill‑kumplament tas‑suġġetti | |
Attivitajiet Mhux Formali | 10 attivitajiet fl‑iskola | 35% |
Attendenza | Medja ta’ 75% (mis‑7 sal‑11‑il Sena) | |
Aktar informazzjoni dettaljata dwar l‑SSQ&P tinstab fil‑ħoloq ta’ hawn taħt:
- DCLE 01/2025 – Kriterji għall‑Kwalifika ta’ Tmiem l‑Edukazzjoni Sekondarja
- DCLE 01/2025 – Anness
- Formola tal‑Edukazzjoni Mhux Formali (attivitajiet ta’ wara l‑iskola)
- Filmat dwar l‑SSQ&P
- Biex titlob kopja tal-Ischool Leaving Certificate
Għal xi mistoqsijiet, ikkuntattjana:
Bl-imejl: [email protected]
Bit-telefown: 25982174