IELS

L-Istudju Internazzjonali dwar it-Tagħlim Bikri u l-Benessri tat-Tfal (IELS), li tnieda għall-ewwel darba fl-2016 mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), jiffoka fuq it-tagħlim bikri tat-tfal, il-kuntest li fih jitrabbew u l-ambjent li fih jitgħallmu, u l-esperjenzi tagħhom fl-edukazzjoni bikrija.

Huwa l-ewwel assessjar internazzjonali fuq skala kbira mat-tfal ta’ 5 snin, u jivvaluta mhux biss l-oqsma konjittivi (in-numeriżmu u l-litteriżmu emerġenti) iżda wkoll l-oqsma mhux konjittivi tal-awtoregolamentazzjoni u l-empatija. Aspetti distinti tal-assessjar huma l-użu tat-tablets b’reġistrazzjonijiet awdjo u l-amministrazzjoni individwali ma’ kull tifel u tifla.

L-ewwel ċiklu ta’ IELS 2018 ġie amministrat fi tliet pajjiżi. Malta qed tieħu sehem fit-tieni ċiklu, IELS 2024. L-istudju sar u bħalissa qed nistennew ir-riżultati.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web ta’ IELS minn hawn.

RAPPORTI TAL-IELS