Pakketti ta' Riżorsi għall-Għalliema

Dawn il-pakketti ta’ riżorsi jinkludu mistoqsijiet li kienu saru fejn jidħlu l-qari, il-matematika u l-litteriżmu fix-xjenza, fl-istudji internazzjonali tal-PISA, TIMSS, ICCS (fl-iskejjel sekondarji) u l-PIRLS (fl-iskejjel primarji).

Dawn il-pakketti jippreżentaw modi differenti kif jista’ jitkejjel il-mod ta’ kif l-istudenti jifhmu l-kontenut differenti u d-dominji ta’ għarfien tas-suġġett. L-għalliema huma wkoll mħeġġa sabiex ifasslu mistoqsijiet oħra skont il-bżonnijiet u l-abbiltajiet differenti tal-istudenti. Ta’ min jgħid, iżda, li dawn il-pakketti mhumiex intenzjonati sabiex jippreparaw lill-istudenti għall-eżamijiet imma sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mat-tipi u l-istili tal-kontenut.

Dan il-kontenut ta’ tagħlim isegwi sorsi oħra ta’ tagħrif kif ippublikati mill-International Association for the Evaluation of Educational Achievement (IEA) kif ukoll mid-Dipartiment tar-Riċerka u l-Iżvilupp fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.  Id-data u l-informazzjoni ġew ukoll mqassma, partikolarment permezz tal-Malta Reports, Dissemination Workshops (Mejju sa Lulju 2013), kif ukoll permezz ta’ laqgħat u seminars ta’ taħriġ għall-Amministraturi tal-Eżamijiet u l-Kordinaturi tal-Iskejjel. 

Pakketti ta’ Riżorsi tal-Litteriżmu tal-Qari
PIRLS

Pakketti ta’ Riżorsi tal-Matematika u x-Xjenza
TIMSS

Il-Pakkett ta’ Riżorsi tal-Qari, tal-Matematika u tax-Xjenza
PISA

Pakkett ta’ Riżorsi għaċ-Ċittadinanza

ICCS