ICCS

L-ICCS huwa l-akbar studju internazzjonali fil-qasam taċ-ċivika u ċ-ċittadinanza (CCE). F’dan l-istħarriġ l-IEA tinvestiga l-modi kif iż-żgħażagħ huma ppreparati, u konsegwentement lesti, li jieħdu r-rwoli tagħhom bħala ċittadini. L-ICCS jassessja lill-istudenti fl-għarfien u l-fehim taċ-ċivika u ċ-ċittadinanza kif ukoll aspetti affettivi u dawk tal-imġiba ċivika u taċ-ċittadinanza, bħalma huma t-twemmin fil-valuri, l-attitudnijiet, l-imġiba intenzjonata, kif ukoll attivitajiet kurrenti relatati mal-edukazzjoni ċivika u ċ-ċittadinanza (CCE).

Malta ħadet sehem għall-ewwel darba fl-ICCS 2009 u fiż-żewġ ċikli ta’ wara, ICCS 2016 u ICCS 2022. Ir-riżultati tal-ICCS 2022 ġew ippubblikati f’Novembru tal-2023.

L-istudenti kollha tad-9 Sena ġew assessjati, filwaqt li nġabret ukoll dejta kuntestwali permezz ta’ kwestjonarji mimlija mid-Dirigenti tal-Iskejjel, mill-għalliema, mill-ġenituri u mill-istudenti nfushom. Barra minn hekk, ġie amministrat lill-istudenti kwestjonarju speċifiku għar-reġjun.

Malta qed tieħu sehem fiċ-ċiklu kurrenti tal-ICCS 2027.

Għal aktar informazzjoni, żur il-website tal-ICCS minn hawn.

RAPPORTI TAL-ICCS

ICCS 2022

ICCS 2016

ICCS 2009