Il-PISA huwa studju internazzjonali li kien tnieda mill-OECD fl-1997 u ġie amministrat għall-ewwel darba fis-sena 2000.
L-għan ta’ dan l-istudju huwa li jevalwa sistemi edukattivi madwar id-dinja, darba kull erba’ snin, billi jassessja l-ħiliet tal-istudenti ta’ 15-il sena, fil-Qari, il-Matematika u x-Xjenza. Il-PISA tiffoka fuq l-abiltajiet taż-żgħażagħ li jużaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom meta jiffaċjaw l-isfidi tal-ħajja. DIn l-orjentazzjoni tirrifletti l-bidla fil-miri u l-objettivi tal-istess kurrikula, li iktar qed jitħassbu dwar x’jistgħu jagħmlu l-istudenti b’dak li jkunu tgħallmu fl-iskola u mhux biss jekk irnexxilhomx jitgħallmu sew il-kontenut speċifiku tal-kurrikulu.
Malta ħadet sehem fil-PISA 2009, PISA 2015, PISA 2018 u PISA 2022. Ir-riżultati tal-PISA 2022 ġew ippublikati f’Diċembru 2023. Bħalissa għaddej iċ-ċiklu tal-PISA 2025 u r-riżultati tiegħu mistennija jiġu ppubblikati fl-2026.

Ikklikkja hawn biex tara u tisma’ diskussjoni fuq EduChatter, flimkien ma’ Anna Pons, esperta fl-edukazzjoni mill-OECD,  fejn hi titkellem dwar riżultati li ħarġu dan l-aħħar mill-PISA, u taqsam il-perspettivi tagħha dwar ir-riżultati vitali li jkunu ħarġu mill-istħarriġ u li jagħtu indikazzjonijiet dwar ix-xejriet, l-isfidi u s-soluzzjonijiet possibbli li joħorġu mill-aħħar assessjar internazzjonali.

Tista’ wkoll tara dan il-vidjo qasir lokali dwar l-istudju ta’ PISA 2025. 

Għal aktar informazzjoni, żur il-website ta’ PISA minn hawn.

 

RAPPORTI TAL-PISA