L-Assessjar tat-Tagħlim (Summattiv)
Il-proċeduri tal-Assessjar tat-Tagħlim isiru fit-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv (EAU).
Il-Missjoni
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv għandha l-għan li tipprovdi, tiżviluppa u timplimenta prattiċi tal-assessjar ġusti u validi għall-istudenti kollha. Timmira wkoll li tiggwida u tappoġġja lill-iskejjel fil-ħtiġijiet kollha tagħhom fejn jidħlu proċeduri tal-assessjar edukattiv.
Servizzi
Dawn l-oqsma jaqgħu taħt it-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv:
– L-Assessjar għat-Tagħlim (Formattiv)
– L-Assessjar tat-Tagħlim (Summativ), li jinkludi l-Karti tal-Eżamijiet Annwali, kif ukoll il-Profili u ċ-Ċertifikati tal-Iskola Sekondarja
– L-Istudji Internazzjonali
Dan it-Taqsima tipprovdi taħriġ u żvilupp għall-professjonisti fis-settur edukattiv li jixtiequ jkunu iktar profiċjenti fil-qasam tal-assessjar. Tipprovdi ukoll appoġġ kontinwu lill-iskejjel, ġenituri u studenti f’materji li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri tal-eżamijiet u l-assessjar, kif ukoll tieħu ħsieb il-manutenzjoni u l-aġġornar tal-websajt tal-Kurrikulu.
Ix-xogħol kollu li sar f’dawn l-oqsma kkontribwixxa għat-tisħiħ tal-prattiċi summattivi u formattivi fl-iskejjel Primarji, Medji u Sekondarji f’Malta u Għawdex.