L-Assessjar għat-Tagħlim - AfL (Formattiv)

X’Inhu l-Assessjar għat-Tagħlim?

L-Assessjar għat-Tagħlim (AfL) jipprovdi opportunitajiet sabiex tinkiseb evidenza f ’ħin reali ta’ x’qed jitgħallmu l-istudenti; din tinvolvi kemm l-għalliema kif ukoll lill-istudenti fi djalogu kontinwu, riflessjoni dwar it-tagħlim u t-teħid tad-deċiżjonijiet.

Dan il-proċess ta’ Assessjar Formattiv isir ċentrali fil-prattiċi tat-tagħlim fil-klassi.
 
L-Assessjar għat-Tagħlim jittratta:
  • Il-ġbir tal-evidenza li turi fejn jinsabu l-istudenti fit-tagħlim tagħhom u xi progress qed jagħmlu.
  • L-użu ta’ din l-evidenza sabiex isiru l-bidliet istruttivi meħtieġa.
  • Il-ġbir ta’ rispons kostruttiv jew kwalitattiv li jgħin biex it-tagħlim jimxi ’l quddiem.

Strateġiji importanti tal-Assessjar għat-Tagħlim fil-lezzjonijiet ta’ kuljum jinkludu:

Rota tal-kabina
Dikjarazzjoni tal-missjoni
Dikjarazzjoni tal-viżjoni

Ikklikkja hawn għal eżempji ta’ Tekniki fl-Assessjar għat-Tagħlim