TALIS

It-TALIS, amministrat mill-OECD, jiffoka fuq l-ambjenti tat-tagħlim u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li għandhom l-għalliema fl-iskejjel.
It-TALIS joffri informazzjoni importanti fit-taqbil tas-sistemi edukattivi u joffri opportunità lill-għalliema u lill-Kapijiet tal-Iskejjel sabiex jikkontribwixxu fl-analiżi u r-riċerka fl-edukazzjoni u fl-iżvilupp tal-politika f’oqsma importanti. It-TALIS tagħti wkoll iċ-ċans lill-pajjiżi msieħba sabiex jaħdmu bejniethom biex jidentifikaw sfidi komuni u jitgħallmu minn xulxin fejn tidħol l-attitudni li għandha tittieħed u fit-tfassil tal-politika sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.
Malta ħadet sehem fit-TALIS 2008, fit-TALIS 2018 u fit-TALIS 2024. Ir-riżultati għal TALIS 2024 ġew ippubblikati f’Ottubru 2025.
Għal aktar informazzjoni, żur il-websajt tat-TALIS minn hawn.

 

 

RAPPORTI TAT-TALIS