King's Trust International Achieve

Informazzjoni dwar il-programm KTI Achieve

Il-KTI Achieve huwa programm ta’ żvilupp personali u jiffoka fuq ħiliet meħtieġa u mfittxija fid dinja tax-xogħol. 

L-għan ewlieni ta’ dan il-programm huwa li:

  • jgħin fl-iżvilupp personali tal-istudenti
  • jagħti l-ħiliet meħtieġa u mfittxija fid-dinja tax-xogħol
  • jagħti lill-istudenti l-ispazju u l-attenzjoni meħtieġa biex isaħħu dawn il-ħiliet, isiru aktar kunfidenti u responsabbli fix-xogħol tagħhom kif ukoll jitgħallmu jieħdu d-deciżjonijiet it-tajba
  • jgħin lill-istudenti biex ikunu ppreparati aħjar għall-edukazzjoni postsekondarja kif ukoll għad-dinja tax-xogħol.

Lista ta’ ħiliet li l-istudenti jiżviluppaw waqt il-programm

  • Ippjanar ta’ karrieri
  • Esperjenza ta’ xogħol
  • Proġett personali
  • Ħiliet li jeħtieġu biex jaħdmu f’tim
  • Ħiliet ta’ tmexxija
  • Ħiliet diġitali
  • Proġett ta’ intrapriża
  • Proġett fil-komunità
  • Immaniġjar ta’ Flus
  • Tħejjija għal stil ta’ ħajja sana
  • Servizz lill-konsumatur
  • Ippjanar ta żvilupp personali
  • Sostenibilità
  • Ħiliet Intrapersonali
  • Ħiliet għall-preżentazzjoni
  • Parteċipazzjoni f’eżerċizzju fiżiku

KTI Achieve jikkumplimenta lis-suġġetti kollha fir-rotta vokazzjonali u applikata u jinkludi numru ta’ attivitajiet differenti bħal diskussjonijiet, ħidma f’tim, attivitajiet prattiċi kif ukoll attivitajiet barra l-klassi. L-assessjar marbut mal-Achieve huwa assessjar kontinwu matul is- snin. M’hemmx eżamijiet marbutin ma’ dan is-suġġett u l-istudenti jiġu assessjati fuq evidenza li jipproduċu marbuta mal-ħiliet diversi. L-evidenza tista’ tkun miktuba, mitkellma, viżwali jew anke diġitali. Il-programm KTI Achieve jwassal għal tliet stadji ta’ kwalifikazzjoni li huma MQF Livell 1, MQF Livell 2 jew MQF Livell 3 (livell ordinarju). MQF Livell 3 huwa rikonoxxut mill- MCAST u mill-ITS.

Il-KTI Achieve Learning Hub

Il-KTI Achieve Learning Hub huwa l-post għall-avvenimenti kollha organizzati mill-Uffiċjal Edukattiv tal-KTI għal edukaturi u studenti fis-settur statali, tal-knisja u indipendenti, flimkien ma’ ċentri oħra li jwasslu l-programm. Il-Learning Hub jimplimenta fuq bażi regolari programm ta’ taħriġ professjonali għall-edukaturi, verifiki Interni, laqgħat u sessjonijiet prattiċi.
Ms. Maureen Amoroso
Uffiċjal Edukattiv – King’s Trust Intermational Achieve Program
(Tagħlim Alternattiv u Applikat)

Dipartiment għall-Kurrikulu, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabbiltà
Direttorat għall-Programmi STEM u VET
KTI Achieve Learning Hub
c/o Ċentru għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport
Triq Joseph Abela Scolaro
Ħamrun

Tel: +356 25983694    Email: [email protected]