IL-KWALIFIKA TA' TMIEM L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA (SSQ&P)

 

Il‑Kwalifika ta’ Tmiem l‑Edukazzjoni Sekondarja (Secondary School Qualification and Profile) huwa ċ‑ċertifikat mogħti lil kull student tal‑11‑il Sena (skejjel statali, tal-knisja u indipendenti) fi tmiem l‑iskola sekondarja. L‑istudenti jistgħu jiksbu MQF Livell 3, 2 jew 1 fl‑SSQ&P.

Il‑livell ta’ dan iċ‑ċertifikat jiddependi fuq kemm marru tajjeb fl‑edukazzjoni formali tagħhom kif ukoll fuq l‑attivitajiet mhux formali mwettqa kemm fl‑iskola kif ukoll wara l‑ħin tal‑iskola ma’ istituzzjonijiet akkreditati.

Il‑perċentwal ta’ kull komponent taċ‑ċertifikat huwa muri fit‑tabella hawn taħt.

Komponent

Deskrizzjoni

%

Suġġetti Ewlenin

Il‑Matematika, il‑Malti/il‑Malti bħala Lingwa Barranija, l‑Ingliż, Suġġett tax‑Xjenza

Iġġib livell minimu f’mill‑anqas 3 suġġetti ewlenin

65%

Suġġetti Oħra

L‑aħjar 3 mill‑kumplament tas‑suġġetti

Attivitajiet Mhux Formali

10 attivitajiet fl‑iskola
u barra l‑ħin tal‑iskola (mis‑7 sal‑11‑il Sena)

35%

Attendenza

Medja ta’ 75% (mis‑7 sal‑11‑il Sena)

Aktar informazzjoni dettaljata dwar l‑SSQ&P tinstab fil‑ħoloq ta’ hawn taħt:

Għal xi mistoqsijiet, ikkuntattjana:
Bl-imejl: [email protected] 
Bit-telefown:  25982174