PISA

 
Il-PISA huwa studju internazzjonali li kien tnieda mill-OECD fl-1997 u ġie amministrat għall-ewwel darba fis-sena 2000.
L-għan ta’ dan l-istudju huwa li jevalwa sistemi edukattivi madwar id-dinja, darba kull erba’ snin, billi jassessja l-ħiliet tal-istudenti ta’ 15-il sena, fil-Qari, il-Matematika u x-Xjenza. Il-PISA tiffoka fuq l-abiltajiet taż-żgħażagħ li jużaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom meta jiffaċjaw l-isfidi tal-ħajja. DIn l-orjentazzjoni tirrifletti l-bidla fil-miri u l-objettivi tal-istess kurrikula, li iktar qed jitħassbu dwar x’jistgħu jagħmlu l-istudenti b’dak li jkunu tgħallmu fl-iskola u mhux biss jekk irnexxilhomx jitgħallmu sew il-kontenut speċifiku tal-kurrikulu.

Malta ħadet sehem fil-PISA 2009, PISA 2015, PISA 2018, PISA 2022, u PISA 2025. Ir-riżultati tal-PISA 2025 huma mistennija jiġu ppubblikati f’Settembru 2026.

Ikklikkja hawn biex tara u tisma’ diskussjoni fuq EduChatter, flimkien ma’ Anna Pons, esperta fl-edukazzjoni mill-OECD, dwar l-aktar riżultati reċenti disponibbli, fejn hi taqsam il-perspettivi tagħha dwar ir-riżultati vitali li jkunu ħarġu mill-istħarriġ u li jagħtu indikazzjonijiet dwar ix-xejriet, l-isfidi u s-soluzzjonijiet possibbli li joħorġu mill-aħħar assessjar internazzjonali.

Tista’ wkoll tara dan il-vidjo qasir lokali dwar l-istudju ta’ PISA 2025. 

Għal aktar informazzjoni, żur il-website ta’ PISA minn hawn.

PISA for Schools

Għall-ewwel darba, Malta se tkun qed tieħu sehem ukoll fl-assessjar tal-PISA for Schools billi tniedi l-proġett mal-iskejjel tal-Istat. Il-PISA for Schools huwa assessjar diġitali li jipprovdi stampa ġenerali tal-prestazzjoni tal-iskola, u informazzjoni dwar l-ambjent fejn l-istudenti jitgħallmu u l-attitudnijiet tagħhom permezz tal-kwestjonarji tal-istudenti. Il-benchmarking internazzjonali użat huwa bbażat fuq mistoqsijiet li jkejlu l-istess kompetenzi bħall-PISA.

Peress li l-assessjar huwa mfassal apposta għall-iskejjel, l-iskejjel jirċievu materjali utli ddisinjati biex jappoġġjaw it-tkabbir u l-iżvilupp kontinwu tagħhom. Malta se tamministra l-assessjar tal-PISA for Schools f’Novembru 2026.

Għal aktar informazzjoni, żur il-website tal-PISA for Schools minn hawn.

 

RAPPORTI TAL-PISA

PISA 2022:

PISA 2018:

PISA 2015:

PISA 2009+:

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.