IL-MISSJONI TAGĦNA

Id-Dipartiment tal-Kurrikulu, Tagħlim tul il-Ħajja u lmpjegabilità fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, Żgħażagħ u Innovazzjoni huwa ddedikat sabiex joħloq kurrikulu li hu robust, inklussiv, u dinamiku sabiex ikun jista’ jappoġġja lil min qed jitgħallem tul il-ħajja, mit-tfulija sax-xjuħija. Nenfasizzaw l-importanza ta’ bażi soda mill-ewwel snin tal-ħajja, inrawmu l-kreattività, il-ħsieb kritiku, u l-imħabba lejn it-tagħlim li jkompli tul ħajjitna. Il-mod kif inħarsu lejn it-tfassil tal-kurrikulu huwa ċċentrat fuq l-iżvilupp t’esperjenzi ta’ tagħlim li huma flessibbli, relevanti, u jħarsu lejn il-futur b’tali mod li jaddattaw għall-bżonnijiet ta’ soċjetà li kontinwament qed tevolvi. Għalhekk, niżguraw li l-edukazzjoni tibqa’ vjaġġ kontinwu, li ssaħħaħ lill-individwu sabiex jimxi ’l quddiem akkademikament, soċjalment u personalment billi nippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja.